Lokali

Jitressaq l-Qorti b’rabta mal-argument f’Birkirkara

Għall-ħabta ta’ 12:00, il-Pulizija ser tressaq raġel ta’ 30 sena minn Ħal Qormi wara li nhar il-Ħadd li għadda kien involut f’argument fi Triq il-Wied f’Birkirkara.

Ir-raġel ser ikun mixli li ta daqqiet ta’ sikkina lir-raġel ta’ 27 sena mill-Imsida.

Hu ser jitressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech.