Luxol Futsal kwalifikaw għar-round prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League, meta fl-aħħar partita tal-fażi preliminari, għelbu lil KMF Proekt 5-0. It-tim imexxi minn Gabriel Dobre fi tliet partiti rnexxielu jiskorja 18-il gowl mingħajr ma jsofri gowl.
Żewġ gowls ta’ Hebberth Bolt u awto-gowl taw vantaġġ ta’ 3-0 lil Luxol wara tnax-il minuta. Fl-aħħar ħinijiet, Luxol skorjaw darbtejn oħra, l-ewwel kien Bolt li għamilhom 4-0 biex mbgħad kien Maikinho li skorja l-ħames u l-aħħar gowl.
//= $special ?>