Lokali Saħħa

Minn Jannar, aktar minn 230 infermier irriżenjaw mill-Isptar Mater Dei

Tkompli tikber il-pressjoni fuq l-infermiera kollha li jaħdmu fl-isptar Mater Dei wara li minn Jannar ta’ din is-sena irriżenjaw aktar minn 230 infermier.

Informazzjoni li għandu f’idejh Net News tindika illi hemm swali li qed jaħdmu b’żewġ infermiera biss matul il-ġurnata.

L-MUMN ilhom jisħqu li Mater Dei għandu jingħata l-ogħla prijorità, iżda sfortunatament jidher li dan l-appell qed jaqa’ fuq widnejn torox. Bħalissa, diġa’ hemm swali fejn il-compliments mhux qed jiġu onorati, bħal, meta l-compliment ta’ erba` infermiera lanqas biss jintlaħaq. U s-sitt infermieri li suppost jikkomplimentaw f’sala huwa litteralment ineżistenti.

L-MUMN qed isserraħ moħħ kull infermier li jekk ma jsirx ir-reklutaġġ biżżejjed ta’ infermiera ġodda u nuqqasijiet bħal dawn jippersistu, lesta tifrex id-direttivi tagħha għal dawk is-swali li ma jissodisfawx il-ftehim li kien milħuq mal-awtoritajiet.