Lokali

AĠĠORNATA: Tfajla ta’ 18-il sena feruta wara li ttajret f’Paceville

Tfajla mill-Kolombja sofriet xi ġrieħi wara li għal ħabta ta’ 12.45pm ttajret fi Triq Sant’Andrija f’Paceville.

Mill-ewwel informazzjoni li rċieva Net News, sewwieq ta’ vann kien ħiereġ minn Triq San Andrija meta ħarġitlu din it-tfajla li għandha 18-il sena.

Sa issa mhux magħrufa il-kundizzjoni tal-persuna li ttajret.