Il-captain u difensur tad-Danimarka Simon Kjaer u t-tim mediku li salva l-ħajja ta’ Christian Eriksen se jkun qed jingħata rikonoxximent mill-UEFA wara li assistew lill-midfielder Daniż meta fil-partita kontra l-Finlandja tah attakk tal-qalb.
Kjaer se jingħata dan l-unur għall-personalità li wera f’sitwazzjoni daqshekk diffiċli. Eriksen rringrazzja lit-tim mediku tal-assistenza li tah kif ukoll li Kjaer ta’ support li tah minn meta seħħ l-inċident sa llum.
Minn dakinhar Eriksen tpoġġitlu ICD f’qalbu fejn sa llum għadu mhux ċert jekk hux se jkun jista’ jkompli jilgħab għal Inter.
//= $special ?>