Tifel ta’ 14-il sena mill-Mosta ingħata twissija mill-Qorti biex jagħmel moħħu hemm wara li ammetta akkuża ta’ attentat ta’ serqa u li saq mutur bla liċenzja, b’mod perikoluż u bi pjanċi foloz. It-tfajjel ingħata probation mill-Maġistrat Victor Axiak u ordni ta’ trattament għall-perjodu ta’ tlet snin.
“Għamel moħħok hemm u attendi għal laqgħat kollha li għandek skedati mal-uffiċjal tal-probation u mal-professjonist mediku li se jkun qed jagħtik trattament u jieħu ħsiebek għat-tliet snin li ġejjin. Issa se tgħix man-nannu, u jekk ma ġġibx ruħek sew se terġa’ tispiċċa l-Qorti biċ-ċans li tispiċċa l-ħabs”, qal il-Maġistrat liż-żagħżugħ.
Il-ħati flimkien ma’ tfajla ta’ 16-il sena ammettew li pprovaw jisirqu apparat minn karozza, li hija propjetà ta’ ġar taż-żagħżugħ.Sakemm il-Qorti tagħat is-sentenza huwa nżamm f’dar tat-tfal. Sadanittant it-tfajla ġiet illiberat bil-kundizzjoni li ma twettaqx reat ieħor fi żmien tliet snin.
//= $special ?>