Young Boys għamluha għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League meta fit-tieni leg tal-play-off għelbu lil Ferencvaros 3-2 biex b’hekk rebħu dan il-konfront b’aggregate ta’ 6-4. Cedric Zesiger fetaħ l-iskor wara biss erba’ minuti għal Young Boys. Henry Wingo ġab l-iskor indaqs fit-18-il minuta biex disa’ minuti wara kien Ryan Mmaee li dawwar il-partita favur it-tim Ungeriż. Young Boys wettqu rimonta fit-tieni taqsima, u l-ewwel kien Christian Fassnacht li għamel l-iskor 2-2. Ferencvaros sfaw jilagħbu bi player anqas meta fl-64 minuta tkeċċa Aissa Laidouni biex fil-ħin mogħti żejjed kien Felix Mambimbi li għamel l-iskor 3-2 għal Young Boys.
Malmo kwalifikaw ukoll għall-fażi tal-gruppi meta minkejja li fit-tieni leg tilfu 2-1 kontra Ludogorets, huma kwalifikaw b’aggregate ta’ 3-2. Anton Nedyalkov tefa’ lil Ludogorets fil-vantaġġ wara 10 minuti, Veljko Birmancevic għamel l-iskor 1-1 tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, biex mbgħad mas-siegħa logħob kien Piero Sotiriou li permezz ta’ penalty ta’ rebħa lil Ludogorets.
F’dik li kienet l-aktar partita nteressanti fil-ġurnata, PSV u Benfica temmew fi draw ta’ mingħajr gowls, b’Benfica jikkwalifikaw b’aggregate ta’ 2-1. Minkejja li PSV kienu aħjar u kellhom aktar konklużjonijiet lejn il-lasta, fejn anke approfittaw mit-tkeċċija ta’ Lucas Verissimo wara 32 minuta, kien it-tim Portugiż li għamilha għall-fażi li jmiss.
Play-Off: Illum: Ferencvaros v Young Boys 2-3 (4-6), Ludogorets v Malmo 2-1 (2-3), PSV v Benfica 0-0 (1-2), Għada: Broendby v Salzburg 9.00pm, Dinamo Zagreb v FC Sheriff 9.00pm, Shaktar Donetsk v Monaco 9.00pm
//= $special ?>