L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna kienu rreġistrati 42 każ ġdid filwaqt li fiequ 36 persuna biex b’hekk il-każi attivi żdiedu marġinalment għal 687. Dawn l-aħħar numri joħorġu minn fost 3,247 swab test li saru fl-aħħar sigħat.
Il-persuni rikoverati fl-Isptar Mater Dei naqsu għal 36 iżda l-persuni fl-ITU żdiedu għal 3 hekk kif bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, persuna ħarġet mill-isptar iżda l-kundizzjoni ta’ persuna li diġa kienu l-isptar qalbet xi ftit għal agħar u issa qed tingħata kura intensiva b’rabta mal-virus.
Madanakollu, b’xorti tajba, fl-aħħar sigħat, ħadd ma tilef ħajtu bil-Coronavirus biex b’hekk it-total ta’ imwiet tal-pandemija jibqa’ 437.
Intant, hekk kif issa 90% tal-popolazzjoni ħadet il-vaċċin tal-COVID-19, wieħed jinnota li l-ammont ta’ dożi amminastrati fl-aħħar 24 siegħa kien ta’ inqas minn 1,000 bi kważi nofshom ikunu persuni li issa huma mlaqqma b’mod sħiħ.
//= $special ?>