Enerġija Lokali

Gvern ġdid immexxi minn Bernard Grech iwiegħed infrastruttura adekwata għaċ-charging ta’ vetturi

Dak li ħabbret dalgħodu l-Ministru Miriam Dalli ma hu xejn ġdid. Li ma qalitx Miriam Dalli hu kif se ssolvi l-problemi eżistenti, ma tat l-ebda indikazzjoni dwar il-mod kif ser issolvi l-problemi ta’ charging ta’ vetturi, ma semmietx il-fatt li għad hemm ftit ħafna, u f’distanza ‘l bogħod minn xulxin. 

Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem għall-Ekonomija l-Ħadra u l-Proġetti Kapitali David Thake qal li l-Minsitru Dalli ma semmietx il-mod kif se jkunu edukati aktar nies sabiex jirrispettaw l-użu ta’ dawn iċ-Charging Pillars, u lanqas ma semmiet kif se jkun hemm titjib fil-mod kif jidhru fit-toroq. Lanqas ma semmiet il-problemi ta’ ħsarat li jeżistu llum fiċ-charging pillars u l-mod kif se tissolva din il-problema. 

Fid-dawl ta’ dan kollu, Gvern ġdid immexxi minn Bernard Grech iwiegħed infrastruttura adekwata għaċ-charging ta’ vetturi, li warajha jkun hemm sistema b’saħħitha ta’ distribuzzjoni ta’ elettriku. Ma’ dan ikun hemm ukoll rati ġusti li jinkoraġġixxu kemm lill-investituri privati u anke lill-poplu biex ikompli jinvesti f’din it-teknoloġija.

Il-Partit Nazzjonalisa jsostni li mill-kliem il-Gvern għandu jgħaddi għall-fatti u verament jinvesti biex jaħtaf kull opportunitá li din it-tip ta’ ekonomija ġġib magħha. 

Dan is-suġġett flimkien ma’ bosta suġġetti oħra se jkunu qed jiġu diskuss waqt konferenza Nazzjonali li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza fil-ġimgħat li ġejjin.