Internazzjonali

Il-grupp ‘Rolling Stones’ jidher li diġà sab is-sostitut ta’ Charlie Watts

Id-dilettanti tal-mużika Rock qed jistennew għas-sensiela ta’ kunċerti li jmiss tal-grupp The Rolling Stones fl-Istati Uniti iżda t-tour li jmiss tal-grupp – bl-isem No Filter – se jkollu sinfikat speċjali wara l-mewta tad-drummer veteran Charlies Watts fl-età ta’ 80 sena.

Watts, li kien fost l-aktar ismijiet magħrufin fil-mużika, kien ilu jdoqq mas-Stones mill-1963 u l-aħħar rapporti indikaw li s-supergrupp immexxi minn Mick Jagger x’aktarx li sab diġà sostitut għalih – anki waqt li l-akbar ismijiet tar-Rock għadhom qed isellmu lill-memorja tad-drummer leġġendarju.

Qabel mewtu, Watts kien ikkonferma li ma kellux jissieħeb fit-tour ‘No Filter’ minħabba li kellu jistrieħ wara operazzjoni mhix speċifikata.

Intant, Steve Jordan – għażla personali ta’ Watts u li għandu 64 sena –.kien diġà qed idoqq mal-grupp bħala drummer u jidher li Jagger  u sħabu se jkunu qed jużawh għall-kunċerti li jmiss.

Fl-2004 Watts kien qed jaffacja battalja kontra l-kanċer, b’ħafna qegħdin ibasru li mewtu kellha x’taqsam ma’ din il-marda.