Il-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli m’għandha l-ebda soluzzjoni kif se ssolvi l-problemi eżistenti dwar iċ-charging tal-vetturi elettriċi.
Dan l-istazzjon jista’ jikkonferma li Gvern Laburista ilu jkaxkar saqajh għal tlett snin sħaħ biex jagħmel iktar charging pillars u biex sempliċiment iwaħħal tabella maċ-charging pillars eżistenti… biex dawn ma jkunux okkupati minn karozzi li jipparkjaw illegalment.
Net News saqsa lill-Ministru Dalli x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien kollu… bl-istess Ministru taħrab milli twieġeb b’mod dirett, u tagħel biss li ddur għas-solitu retorika politika.
Mhux talli l-Ministru ħarbet mill-mistoqsijiet li għamilnilha, talli pruvat tfarfar fuq il-Ministru tal-Enerġija preċedenti, filwaqt li tammetti li hemm bżonn ta’ sistema aħjar minn dik eżistenti.
Gvern ġdid immexxi mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qed iwiegħed infrastruttura adekwata għaċ-charging ta’ vetturi elettriċi, li warajha jkun hemm sistema b’saħħitha ta’ distribuzzjoni ta’ elettriku. Ma’ dan ikun hemm ukoll rati ġusti li jinkoraġġixxu kemm lill-investituri privati kif ukoll lill-poplu biex ikompli jinvesti f’din it-teknoloġija.
//= $special ?>