Lokali

“Il-Ministru tal-Ġustizzja qed ikompli juri li żgur mhux denju li jkun Ministru” – Bernard Grech

“Fi żmien fejn il-qrati f’pajjiżna qed isofru minn nuqqas ta’ investiment xieraq mill-gvern u minħabba f’hekk, dewmien esaġerat fil-kawżi, il-Ministru tal-Ġustizzja qed ikompli juri li żgur mhux denju li jkun Ministru.”

Kiteb dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’post fuq il-media soċjali. Huwa qal li dawn in-nuqqasijiet kollha jimminaw l-effiċjenza ta’ istituzzjoni kritika għas-sistema demokratika ta’ pajjiżna.

Bernard Grech żied jgħid li pajjiżna ma jixraqlux Ministru li jitħabbeb ma’ allegat kriminal u jħalli s-sitwazzjoni fil-qorti taqa’ lura. “Imma għal Robert Abela, bħala kontinwità ta’ Joseph Muscat, jimpurtah biss li jitħabbu ma’ tal-qalba u mhux li l-istituzzjonijiet jaħdmu b’libertà”, temm jgħid il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.