Raġel ta’ 41 sena mix-Xagħra, Għawdex li kien ġie kundannat tliet snin ħabs mill-Qorti tal-Maġistrati talli ħaraq garaxx mikri lil mara li ried joħroġ magħha, u li hi dejjem irrifjutat ġie lliberat mill-Qorti tal-Appell minħabba nuqqas ta’ provi ċari fil-każ.
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet fis-sentenza tagħha li dan il-każ kien mibni fuq provi ċirkostanzjali u ma kien hemm l-ebda provi reali li Jimmy Mifsud, li huwa Care Worker kellu jinstab ħati tagħhom. Il-fatt li instabet mera ta’ karozza fl-inħawi tal-inċident, meta l-karozza tiegħu kellha mera nieqsa u l-fatt li l-filmati tas-CCTV’s jindikaw li hu kien fil-viċinanzi meta l-garaxx ingħata n-nar ma jfissirx li kienu hu li qabbad.
Prova oħra li ma kinitx ċara hija meta saru testijiet fuq marki taż-żebgħa fejn espert tal-kimika qal li dawn ir-riżultati ma kienux definittivi. Il-Qorti qalet fis-sentenza tagħha li l-Pulizija sertgħu kienu aktar attenti kif investigaw dan il-każ. Fil-11 ta’ April tal-2020 mara għamlet rapport lill-Pulizija li kinet qed tirċievi messaġġi mingħand Mifsud.
Hija qalet li kien qed idejjaqha għax kien persistenti magħha għaliex ried jistabilixxi relazzjoni magħha bil-fors. Fil-fatt qalet li kellha ċċempel lill-pulizija u titlob l-assitenza tagħhom biex ikellmuh biex ma jkomplix idejjaqha u jħalliha fil-paċi.
Dak in-nhar tal-inċident stess ftit wara li sar rapport minnha Mifsud kien ġie mitkellem mill-pulizija. Fil-ġurnata msemmija waqt li kienet id-dar ma uliedha kienet ċemplet ommha u staqsietha jekk kollox kienx sew għaliex semghet xi ‘fire engines’ għaddejjin. Għall-ewwel ma tatx każ iżda meta ħarset mit-tieqa rat li kien hemm ħafna duħħan u nar ħiereġ mil-garaxxijiet fejn kellha mikri l-garaxx.
Hija kienet qabdet lit-tfal libsithom u ħarġet tiġri bihom u marret faċċata fid-direzzjoni tal-garaxx u hemmhekk indunat li kien l-garaxx tagħha li kien ingħata in-nar. Qalet li fil-garaxx kellha ħafna affairjiet u dan għaliex kienet tuzah bħala store u esebiet lista tal-oġġetti li kellha fih.
Mistoqsija fil-Qorti jekk kellhiex xi suspetti f’xi ħadd, hija semmiet lil Mifsud, u minn hemm il-quddiem skattaw l-investigazzjoni fuqu. Huwa ġie arrestat dakinhar stess u saħansitra anke intalab imur fuq il-post bil-vettura tieghu sabiex isiru xi testijiet ta’ komparazzjoni ta’ żebgħa u sabiex jittieħdu xi kejl tal-bumper tal-vettura minn ma l-art u l-kejl ta’ l-għoli tal-marka sewda li kien hemm mal-bieb għal ma l-art.
Fuq ir-rapport tal-pulizija infetħet inkjesta bil-Maġistrat tinnomina numru ta’ esperti fosthom tal-fotografija u tal-‘call localisations’ Dan sabiex jiġi stabbilit in-natura tal-ħruq u sabiex issir analiżi taż-żebgħa misjuba fuq l-bieb tal-garaxx. L-akkużat gie nterrogat u nnega kull parteċipazzjoni f’dan ir-reat u stqar li dakinhar tal-11 ta’ April, 2020 bejn it-3.00p.m u is-7.00p.m kien il-ħin kollu ix-Xagħra, ħdejn l-Għar tal-Calypso u kellu l-mobajl tieghu fuqu il-ħin kollu.
Punt importnti fil-każ kien li xhieda li raw lil xi hadd jagħti n-nar ma tresqux u għalhekk il-qorti fliet u qieset kul prova ċirkostanzjali li tista torbot lill-akkużat u lilu biss ma dan ir-reat u dan sabiex tara jekk il-ġudizzju milqugħ mill-ewwel Qorti kienx wieħed korrett jew le.
Il-Prosekuzzjoni bbażat il-kaz tagħha fuq provi ċirkostanzjali, pero’ sabiex skont il-liġi l-Qorti taċċetta din t-teżi trid tkun sodisfatta. “provi ċirkostanzjali huma bħal katina, li tintrabat minn tarf sa tarf b’sensiela ta’ għoqiedi li jorbtu ma xulxin u li flimkien jwasslu flistess direzzjoni.”qalet il-Qorti.
L-ewwel Qorti ibbażat l-htija taghha fuq tliet konsiderazzjonijiet. Il-fatt li l-mera li instabet fl-art fit-triq kienet tappartjeni lill-vettura tal-akkużat, li l-marki u ż-żebgħa li nstabu fuq il-bieb tal-garaxx, u l-‘localisation tal-mobile’ u tal-calls u l-SMS profiles.
Fuq il-mera li nstabet fit-triq jirriżulta skond ix-xhieda ta’ l-ispettur Bernard Spiteri, Surġent tal-Pulizija kien infurmah li l-akkuzat kien irritorna lura id-dar dakinhar bil-pick up tieghu u kien innota li l-mera kienet mqaċċta u kienet nieqsa minn fuq it-trukk u qallu ukoll li fuq ix-xena tad-delitt fejn it-trakkijiet tal-fire engine kien innota mera fl-art, iżda qallu li ma kienx ġabarha ghaliex ma kienx issopona li kellha x’taqsam ma dan l-incident, u għaliex kienet metri ‘l bogħod.
Is-Surġent rega’ mar fuq il-post u ra li din l-mera kienet ghadha hemm u nforma lill-espert Max Xuereb u dan mar fuq il-post u ffotografha u ġabarha. Is-Surġent kkonferma li l-mera giet migbura mill-espert Xuereb minn fuq il-post u ħa l-fotografija necessarja pero’ hu ma kienx preżenti. Huwa kien indika li l-pick up ġie nutat li kellu daqqa fuq il-bumper ta’ quddiem fuq in-naħa tal-lemin u fuq il-mudguard u l-mera kienet nieqsa.’
Il-Qorti qalet li ma hemmx dubbju li l-vettura tal-akkużat kellha mera nieqsa u li fl-akkwati instabet mera pero’ l-posekuzzjoni ma tridx tasal s’hawn biss iżda trid tipprova li l-mera li instabet ftit il-metri l-boghod mill-ħruq kienet fil-fatt tappartjeni lil vettura tal- akkużat u lil ħadd iktar.
F’dan il-kaz il-prosekuzzjoni ma kellhiex l-ammissjoni ta’ Mifsud li jgħid li l-mera li instabet kienet tiegħu anzi huwa kien qal li kien jaf li m’għandux mera fil-vettura tiegħu izda li kien tilifiha xi xahrejn jew tlieta qabel l-inċident fil-parkeġġ ta’ ħdejn l-isptar.
Sadanittant l-ewwel Qorti naqset li tinnomna espert mekkaniku sabiex jeżamina l-mera u jikkonferma li hija l-istess tip ta’ mera li titwaħħal f’dik it-tip ta’ vettura. Jew li l-brix fuqha, jekk kien hemm kienu friski jew li fuq il-vettura kien hemm xi sinjali li l-mera tqaċtet ricentement.
Il-Qorti tal-Appell qalet li dan seta isir facilment għaliex il-vettura kienet tinsab fil-compound tal-pulizija Il-Qorti rat ir-ritratti tal-vettura li kienet imdamdma mimlija daqqiet u huwa minnu ukoll li uħud minnhom saru żmien qabel għaliex kellhom is-sadid. “Ma hemmx bzonn ta’ espert biex jindika dan il-fatt,” qalet il-Qorti u għaldaqstant l-prosekuzzjoni ma irnexxilhiex tipprovadan il-fatt u.żgur li tali riżultat huwa wiehed inkonklussiv.
Fuq il-marki li nstabu fuq il-bieb tal-garaxx Dr. Daniel Vella espert tal-kimika għamel xi analiżi komparattivi bejn iż-żebgha li kien hemm fuq dan il-bieb u ż-żebgħa li kien hemm fuq il-vettura ta’ Mifsud. Vella ikkonferma li ż-żebgħa bajda li nstabet fuq il-wiċċ ta-bieb tal-garaxx kienet ta’ kompożizzjoi simili ghal dik li ttiħdet minn fuq il-parafangu ta’ quddiem tal-Mitsubishi pick tal-akkużat.
Il-frament taż-żebgħa estratt minn fuq il-pickup u dak elevat minn fuq il-wiċċ tal-garaxx kienu t-tnejn li huma maghmulin mill-kompost Titanium Diocide li huwa pigment abjad. Iż-zewg kampjuni ta’ żebgħa sewda ma setgħux jiġu analiżżati bit-teknika tal-micro Roman Spectometry u għaldaqstant riżultati definittivi ta’ dawn il-kampjuni ma kellux.
Sadaniitant l-espert Max Xuereb qal li t-traċċi taż-żebgha iswed mal-bieb huma f’livell notevolment aktar gholi mill-art tad-driveway tal-garaxx mill-għoli tal-parafangu ta’ quddiem tat-trakk ta’ Mifsud. Skond Xuereb ż-żebgha sewda fuq il-bieb kien għoli 42 pulizieri mill-art waqt li l-parafangu huwa għoli 16 il-pulzier mill-art.
Dan kien ukoll eżami inkonklussiv. Dwar iż-żebgħa bajda li allegatament instabet fuq il-bieb tal-garaxx Dr Vella qal li fil-kampjun taż-żebgħa li huwa eżamina kien hemm it Titanium Dioxide pero’ mistoqsi dwar dan il-komponent ta’ Titanium Dioxide qal li jekk jigi mistoqsi jekk vetturi oħra ta’ zebgħa bajda għandhomx pigment ta’ Titanium Dioxide qal iva.
“Jiġifieri vetturi oħra bojod ghandhom probabilment l-istess ghax ma nistax inkun mija fil-mija cert imma it-Titanium Dioxide jinstab ukoll fl-abjad ta’ ħafna vetturi.” Illi ghalhekk din ir-relazzjoni tal-espert Daniel Vella flimkien max xhieda tieghu moghtija ma jwaslux lil din il-Qorti biex tikkonkludi li ż-żebgħa fuq il-bieb tal-garaxx kienet l-istess żebgħa li kien hemm fuq il-karozza tal-appellant.
Dwar il-localisation tal-mobile u tal-calls u SMS profiles Xuereb ħa l-inkarigu abbażi tad-dokumentazzjoni li setgħet giet moghtija lilu mis-soċejtà Melita. Qal li ma setax jasal ghal konkluzjoni tieghu a bazi ta’ dokument li mhux iffirmat u mhux identifikat u mhux maħluf mill-persuna li ħarġitu. “Dan id-dokument fil-proċeduri penali ma iservi ta’ xejn u m’ għandux jingħata widen u m għandux jigi kkunsidrat bhala prova ammissibli.
Il-Qorti qalet li mhemmx dubju li fil-filmati tac CCTV s li gew esebiti jirriżulta li l-akkuzat kien flinhawi ta’ Taċ Ċawla fil-11 ta’ April 2020 għall-habta tat-3.45 p.m . Hawnhekk ukoll ma jirrizultax minn fejn gew mehuda id-dowloads tal-filmati esebiti fl-atti
Meta ġie mistoqsi fejn kien dakinhar tal-11 ta’ April 2020 wara nofsinhar jgħid li kien ħdejn l-għar ta’ Calypso. Dan il-fatt mhux kontestat għaliex fil-fatt huwa konfermat ukoll mix-xhieda ta’ l-Ispettur Bernard Spieri u s-Surġent Eldon Spiteri li jgħidu li raw lill-akkuzat mifxul ħdejn l-Ghar Calypso ghall-habta ta’ 5.50p.m.
Ghalhekk dak li huwa żgur hu li ftit qabel ma sar ir -rapport dwar il-ħruq l-akkużat verament kien hdejn l- Għar ta’ Calypso. Dwar il-filmati u stills meħuda mi CCTV cameras ma jirriżultax minn fejn ittieħdu dawn il-cameras u kemm fil-fatt kienu bogħod minn fejn ġara l-każ. Ma hemmx dubju li l-akkzuat dakinhar tal-11 ta’ April 2020 kien fl-ekwati f’xi hin madwar l-4.00p.m kuntrarjament għal dak li qal hu pero’ dan waħdu ma jfissirx li kien hu li qabbad in-nar.
Il-Qorti qalet li tħoss li dan il-każ seta ġie investigat ħafna aħjar fir rigward ta’ provi xjentifiċi u tekniżi u dan sabiex hija tkun priva minn dawn id-dubbji kollha li hija għandha. Il-prova li l-akkuzat kien fl-inħawi dakinhar waħedha mhijiex biżżejjed biex tippunta għal ħtija.
ali prova waħedha ma twassalx għal direzzjoni waħda iżda għal direzzonijiet varji u għalhekk il-Qorti mhijiex se torbot fuqha. Għaldaqstant l-appell ġie milqugħ u tilliberah minn kull akkuża u piena. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri filwaqt li għal Mifsud deher l-Avukat Mario Scerri.
//= $special ?>