Insostnu l-ħaddiema, nattiraw l-impjiegi, kemm kapaċi nżommu l-ħaddiema, u kemm nistgħu ntejbu t-talent f’Malta – Dan kien il-qofol tal-messaġġ li twassal mill-Kamra tal-Kummerċ, hekk kif kienu preżentati r-rakkomandazzjonijiet għall-istrateġija nazzjonali tas-suq tax-xogħol f’pajjiżna.
Fost ir-rakkomandazzjonijiet li tressqu mill-Malta Chamber hemm l-oħrajn proposti dwar is-sistema edukattiva, bil-Kamra tal-Kummerc tgħid illi l-età obbligatorja għall-istudenti, minflok tibqa’ dik ta’ 16 tiżdied għal 18-il sena.
Apparti dan, il-proposti jsemmu ukoll il-bżonn li jkun hemm strutturi soċjali biex tkun imsaħħa l-edukazzjoni f’ċertu zoni f’Malta u f’Għawdex,
Fil-preżentazzjoni intqal li l-ħsieb wara dan id-dokument ma kienx biss fuq il-preżent, iżda din l-istrateġija hija minsuġa fuq pjan li jħares lejn l-opportunitajiet, u jaffronta l-isfidi tal-futur.
F’kummenti li tat lil Net News il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Marisa Xuereb spjegatilna x’tistenna li jsir mill-awtoritajiet.
Il-Kap Ezekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ Marthese Portelli qalet li issa jmiss li mhux biss jsiru dawn il-proposti, iżda dawk li għandhom responsabbiltà li jwettqu dawk ir-rakkomandazzjonijiet, jagħmlu dan. Filwaqt li tenniet li l-Malta Chamber se tkun qed tassisti biex ikun hemm l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan.
Dan il-pjan issawwar bi sħab mal-RSM Malta. Tul il-preżentazzjoni kien hemm ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Impjiegi, t-Taħriġ u l-Intrapriża Jason Azzopardi.
//= $special ?>