Minkejja li l-Ministru Justyne Caruana ilbieraħ qaltilna li għandha “pjan lest” għall-ftuħ tal-iskejjel, Net News illum jista’ jikkonferma li dan il-pjan ħadd ma jaf bih. Mhux hekk biss – lanqas biss tpoġġa’ għall-konsultazzjoni mal-edukaturi, il-unions u l-professjonisti fis-settur.
Il-President tal-MUT ikkonferma li l-union ma kienet involuta f’ebda konsultazzjoni, u allura ma taf xejn dwar pjan – jekk hemm pjan – minn naħa tal-Gvern.
Hekk kif xahar ieħor suppost li se jiftħu l-bibien tagħhom l-Iskejjel tagħna, huma ħafna l-istudenti, il-ġenituri u l-edukaturi li għad m’għandhomx idea x’se jkun qed jiġri.
Madankollu, il-Ministru tal-Edukazzjoni qed isserraħ ras kulħadd li l-pjan hu lest.
Anke kelliema għall-UPE ikkonferma ma’ Net News li ma jafux assolutament xejn dwar dan is-suppost pjan għall-ftuħ tal-iskejjel.
Ilbieraħ il-Partit Nazzjonalista insista fuq il-ħtieġa ta’ pjan illum qabel għada għall-qasam tal-edukazzjoni u għas-sena skolastika l-ġdid. Dan fl-isfond tan-nuqqas assolut ta’ linji gwida ċari għal dan il-qasam minn naħa tal-Gvern, meta ninsabu biss erba’ ġimgħat bogħod mill-ftuħ tal-iskejjel f’pajjiżna.
//= $special ?>