Lokali Qorti

L-Ingliż li spiċċa midrub f’Tignè qala’ sitt daqqiet ta’ sikkina

Luke Daniel Jones li fil-bidu ta’ dan ix-xahar spiċċa midrub f’Tignè ġewwa Tas-Sliema qala’ sitt daqqiet ta’ sikkina u t-tobba daħlulu tubu għax inġemalu d-demm mal-pulmun. Huwa qala’daqqa’ f’sidru, waħdu f’għonqu, tliet daqqiet f’dahru u oħra f’wiċċu. Kien sieħbu li qallu li kien mimli dmija għaliex dak il-ħin ma ħass xejn, imma aktar tard spiċċa biex intilef minn sensih.

Jones qal li huwa spiċċa fi ġlieda ma’ Hisham Ali Abuagilla wara li mar biex iferraq ġlieda kbira li dan kellu ma’ ċertu Arvid. Kien waqt il-ġlieda li huwa spiċċa aggredit b’sikkina u wara l-isptar fejn dan hemm għall-kura għal ġimgħa sħiħa. Jones kien qed jixhed quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke meta bdiet il-kumpilazzjoni ta’ Hisham Ali Abuagilla, Libjan minn Tripli ta’ 38 sena li qed jiġi mixli bl-attentat tal-qtil ta’ Jones, Ingliż ta’ 21 sena, każ li kien seħħ ftit wara l-5.00am. fis-6 t’Awwissu li għadda..

Abuagilla qed jiġi mixli wkoll li kkaġuna feriti gravi fuq il-vittma b’daqqiet ta’ sikkina fl-inħawi ta’ Tigne. Fuqu il-pulizija sabu arma li taqta u bil-ponta kif ukoll sustanza ta’ droga. Sussegwentament, wara tfitxxija fir-residenza tiegħu, instabu aktar sustanzi ta’ drogi li ma kienux għal użu personali. Huwa qed jiġi mixli wkol li kiser il-paċi, li ġarr sikkina fil-pubbliku mingħajr permess tal-kummissarju tal-pulizija kif ukoll b’pusses ta’ kokaina, ecstasy, u kannabis.

Il-Libjan li qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih qal li joqgħod Tas-Sliema u li jaħdem bħala bajjad. Fil-bidu tax-xhieda tiegħu Jones ingħata twissija mill-Qorti li jista’ ma jixhidx minħabba li jista’ jinkrimina ruħu. Madankollu l-vittma qal li huwa lest li jixhed.

Jones tenna li hu jaħdem fl-Igaming u huwa residenti Birkirkara. Tenna li ilu Malta tliet xhur u tard filgħaxija ta’ qabel l-inċident kien ma’ żewġt ħbieb tiegħu li jisimhom Matteo u Arvid li ilu jafhom xi xahar. Qal li kienu marru Paceville u wara fl-appartament tal-akkużat.

Qabel ma marru għand il-Libjan kienu Hugo’s fejn damu hemm sakemm għalaq xis-1.00am. Tenna li kienu tkellmu mal-akkużat permezz ta’ WhatsApp u wara marru f’ħanut ieħor. Lill-akkużat staqsew x’kien se jagħmel dak il-lejl u fejn kien se jmur.

Il-Libjan bagħat location li kienet Tas-Sliema, imma ma jiftakarx l-isem tad-dar tiegħu. Marru mill-ewwel għandu bil-Bolt Taxi fejn iltaqħu miegħu għall-ħabta tat-3.00am iżda fuq il-front ta’ Tas-Sliema.  Ix-xhud qal li kien iltaqa’ mal-akkużat permezz ta’ ħabib tiegħu

Ix-xhud indika fil-Qorti li kien qed jagħraf lill-imputat fl-awla li kien ilu jafu madwar xahrejn. Sar jafu mis-Sliema Sea Front meta kien ma’ ħabib tiegħu. Huwa ltaqa’ miegħu xi erba’ darbiet. Ir-relazzjoni tiegħu mal-imputat kibret peress li dejjem kien  ikun jaf fejn se jsiru il-parties u min se jkun miftuħ jew magħluq f’dak li għandu x’jaqsam ma’ postijiet ta’ divertiment.

Meta ltaqgħu miegħu dak il-lejl, bħala imġieba hu kien jidher ok. Kien liebes shors u flokk blue skur. Fħin minnhom  marru l-appartament tal-Libjan. Għandu qagħdu jitkellmu u jisimgħu l-mużika. Wara marru Tignè Piont għax l-imputat qalilhom li kien hemm xi party.

Kif waslu ntefgħu bilqiegħda fuq il-blat u qagħdu jixorbu l-whisky Jack Daniels u Coca Cola. Kienu hu Arvid, Matteo u l-imputat.  . Kien hemm aktar nies fil-post madwar ħamsa jew sitta oħra li kienu fi grupp. L-imputat issuġerixxa li jmorru jkellmuhom anke jekk ma qalx li kien jafhom. Huma qalulu li ma kellhomx għalfejn għax kienu tajjeb kif kienu flimkien.

F’ħin minnhom Arvid beda jfittex fil-moble phone tiegħu u mess il-baskett tal-imputat li rrabja ħafna għax beda jaħseb li Arvid kien qed ifittxlu fil-baskett. Ftit wara kien Arvid li mar fuq dan il-grupp u l-imputat irrabja ħafna għax ippretenda li hu kellu jkellimlhom u dan wara xi sagħtejn li kienu ilhom fil-post.

Beda jargumenta ma’ Arvid sew imma ma jafx x’beda jgħidlu u ma setax jifhem għaliex kien irrabjat daqshekk. L-oħrajn tal-grupp qalulu li Arvid, tifel sew u ma kellux għalfejn jagħmel hekk. Ix-xhud mar jipprova jferraqhom għax beda jibża’ li se jiġġieldu sew.

L-akkużat kien fis-sakra

L-akkużat kien irrabjat ma’ Arvid  biss. Kien ħafna fis-sakra u beda jgħajjat miegħu. L-imputat ta daqqa ta’ ponn f’wiċċ Arvid, tah daqqa waħda. Arvid inħasad u hu qabdu u neħħieħ minn nofs. L-akkużat dak il-ħin baqa’ sejjer fuq Abid, u hu tah daqqa fuq idu u bdew jiġġieldu. Waqgħu mal-art, kien hemm daqqiet ta’ sieq u daqqiet u ta’ ponn, u kienu żelqu u baqgħu jitmeku fl-art. Kull ma damu kien xi 15-il sekonda, Ma jiftakarx fejn kien intlaqat bid-daqqiet. “Lest li nagħmel dak li hemm bżonn nagħmel” u qal li ma jafx x’ried jgħid biha.

L-ewwel ma qam l-imputat li telaq jiġri, hu qam bil-mod u sħabu qalulu li kellu xi ġrieħi fosthom f’wiċċu, ġera għax ferieh. Fil-bidu ma kienx irrealizza li ġie stabbed, sħabu stess bdew jgħidulu li kellu ħafna dmija. Kull ma jaf li rah jiġri lejn taraġ li hemm fuq il-lemin. Huwa qam bil-mod. Kif sab ruħu kollu demm jaf li sħabu ċemplu għall-ambullanza u Matteo baqa’ miegħu, anke Abid ħarab. Kellu waħdu f’wi1u, sidra, wiccu għnqu u tlieta f’dahru.

Bdew mexjin fuq il-blat sakemm ġiet l-ambullanza. Hu neħħa l-ħwjjeġ u Matteo beda jurih fejn kienu l-injuries. Wara l-ġlieda kif beda miexi ħass li ma setax jieħu nifs u dan għax kien messlu l-pulmun, u fl-isptar dan kien ġie konfermat.Qal li f’ħin minnhom wara intilef minn sensih għax tilfe ħafna demm.

It-tobba qalulu li kellu xi sitt stab wounds, li ċedew żewġ partijiet naħa tal-pulmun u daġħħluli tubu biex jikkontrollaw d-demm. Setgħu jaraw ukoll l-għadam tal-kustilji u dam ġimgħa l-isptar, tubi fil-pulmun for draining u kellu jagħmel phisoterpy biex il-pulmun not collapsing. Ġimgħa wara neħħewlu l-punti u ħa qiesu perjodu ta’ sitt ġimgħat rcovery. Wara li neħħewlu l-punti ħadulu x-ray ieħor. Marru l-ħbieb tiegħu jarawh, Matteo, il-Manager u l-Pulizija li marru jkellmuh ħadulu stqarrija, Wednesday 6 October, 12.00pm.

Għal Libjan qed jidher l-Avukat Noel Bianco filwaqt li l-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-avukati George Camilleri u Etienne Savona mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, assistiti mill-Ispetturi Colin Sheldon u Wayne Camilleri. Il-kumpilazzjoni se tkompli nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Ottubru f’nofs inhar fejn Jones mistenni jixhed fuq dak li seħħ waqt li kienu fl-appartament tal-akkużat u d-difiża mistennija tagħmel il-kontro-eżami lill-vittma.