It-tennista Amerikana Serena Williams ħabbret li se tkun qed tirtira mill-Open tal-Istati Uniti minħabba injury.
Williams qalet li l-Open tal-Istati Uniti huwa wieħed mill-aktar tournaments eċitanti u qalet li se tkun qed timmisja lill-partitarji tagħha. Ir-rebbieħa ta’ 23 Grand Slam, kienet eliminata fl-ewwel round tat-tournament ta’ Wimbledon minn Aliaksandra Sasnovich.
Williams li tagħlaq 40 sena ix-xahar id-dieħel wasslet f’erba’ finali ta’ Grand Slams filwaqt li bl-aħħar Grand Slam li rebħet ikun l-Open tal-Awstralja fl-2017.
//= $special ?>