Lokali

“Taħt il-Labour id-direct orders saru n-norma minflok l-eċċezzjoni” – PN

Minkejja li normalment d-direct orders kienu jintużaw f’każijiet ta’ eċċezzjoni, illum saru n-normalitá, speċjalment f’aġenziji bħal Infrastructure Malta.

Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem għat-Trasport u Infrastruttura Toni Bezzina, il-Partit Nazzjonalista qal li rapport ppublikat llum fuq portal tal-aħbarijet juri kif fl-ewwel sitt xhur tal-2021 intefqu €10.5 miljuni f’direct orders minn Infrastructure Malta.

Din l-aħbar tkompli mas-sensiela ta’ aħbarijiet simili li kellna fl-aħħar xhur u turi n-nuqqas ta’ rieda mill-gvern u l-aġenziji tiegħu milli jaġixxu b’mod trasparenti.

Wieħed għandu jirrimarka wkoll li l-proċedura ta’ direct order, jekk ma tintużax kif xieraq, toħnoq l-ispirtu ta’ kompetizzjoni bejn l-operatur: aspett li jsaħħaħ lill-industrija fejn il-ġid jasal għand kulħadd b’mod ġust.

Gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech iwiegħed li jkun hemm sistema li tħares li l-proċess ikun wieħed trasparenti u li jħalli l-kompetizzjoni fis-settur tikber u mhux joħnoq is-suq b’dan il-mod.