Ambjent Lokali

Approvat il-bini ta’ Lidl f’Ħaż-Żebbuġ

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat supermarket ġdid tal-Lidl. Dan se jkun qed jinbena fil-periferija ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Fi stqarrija, l-Awtorità qalet illi l-Bord kien sodisfatt bil-bidliet li saru għall-applikazzjoni pendenti.

Dan is-supermarket se jinfetaħ fiz-zona fejn qabel kien hemm il-fabbrika ta’ Cortis. Skont l-istess Awtorità tal-Ippjanar, il-Bord kien sodisfatt ukoll bl-istudji li saru fuq l-impatt taż-żieda tat-traffiku f’din l-arterja prinċipali.

Intqal ukoll li l-Mitħna ta’ Srina se tiġi restawrata.