Lokali

Carmelo Abela jinsisti li qatt ma kien investigat dwar is-serqa tal-HSBC

Minister Carmelo Abela questioned by police over HSBC heist claims”… “Abela mgħajjat id-Depot” … “Carmelo Abela facing police probe into HSBC heist allegations

Dan huma biss uĦud mir-rapporti fil-media ta’ pajjiżna illi kienu ppubblikati f’Mejju li għadda. Iżda oħroġ il-għaġeb, il-Ministru Carmelo Abela għal xi raġuni jinsab konvint li hu mhux qed jiġi investigat.

“QATT MA KONT INVESTIGAT. LA FL-EWWEL XHUR WARA DAK L-ATTENTAT U LANQAS FIL-PREŻENT

Il-Ministru qed jagħmel din l-istqarrija minkejja li kemm l-aħwa Degiorgio kif ukoll Vince Muscat il-Koħħu. b’mod separat, implikawh fis-serqa tal-HSBC tal-2010.

Sadanittant, għadda xahar minn mindu ġie ppubblikat ir-rapport tal-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruan Galizia. Rapport li fih it-tliet imħallfin qalu hekk:

“Ix-Xandir pubbliku kien naqas mid-dover tiegħu ta’ imparzjalità meta ma kienx korrettement u adegwatament irrapporta u ttratta l-allegazzjonijiet serji ta’ korruzzjoni li ġew żvelati b’riżultat ta’ ġurnaliżmu investigattiv”.

Fi kliem sempliċi, l-imħallfin kienu qed jgħidu li l-PBS naqas b’mod sfaccat.

Iżda llum, xahar wara, il-Ministru li huwa direttament responsabbli mix-xandir tal-istat, mistqosi x’għamel f’dan ix-xahar biex isewwi dan kollu, minflok qal x’azzjoni ħa, qal biss li hu ‘ma jindaħalx’.

Hu insista li x-xandir tal-istat huwa ‘ibbilanċjat’ u li jwassal bl-istess priorità l-messaġġ tal-partijiet kollha.

“B’WIĊĊI MINN QUDDIEM NGĦID LI L-VEDUTI KOLLHA QED JINSTEMGĦU FL-AĦBARAIJET TAT-8PM

Din l-istqarrija hija mgiddba mill-istess Awtorità tax-Xandir li fl-aħħar xhur immultat lil TVM €5,600.

Ironimakent, u din donnu l-Ministru nesiha, kien propju għaliex TVM naqas milli jxandar dritt ta’ risposta tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopadi ghall-istess Abela, li jinisisti li ma jindaħalax fix-xandir.

Fl-aħħar ġimgħat, anke il-ġurnalist Mark Laurence Zammit zvela kif “kelli ħafna ndħil mill-PBS”, liema ndħil ma kienx qed iħallih fil-libertà li jahdem. Iżda l-Ministru Carmelo Abela jibqa’ jinsisti li x-xandir tal-istat huwa wieħed bilanċjat.