Coronavirus Lokali

Covid-19: Tmut mara ta’ 85 sena, 42 każ ġdid, 59 ifiqu

Mara ta’ 85 sena tilfet ħajjitha kaġun tal-Coronavirus fl-aħħar sigħat. Din il-mara hi l-438 vittma tal-pandemija f’pajjiżna.

Fl-aħħar 24 siegħa kienu reġistrati 42 każ ġdid ta’ Coronavirus. Fl-istess żmien, 59 kienu meqjusa li fiequ u għaldaqstant il-każi attivi naqsu għal 669.

In-numru ta’ persuni rikoverati fl-Isptar niżel għal 33, tnejn minnhom jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ tilqim, b’kollox 793,866 persuna ingħataw doża tal-vaċċin b’411,046 ikunu mlaqqma b’mod sħiħ.