Minkejja l-kritika ta’ ħafna fuq il-mezzi soċjali li r-rata suppost privileġġjata li tant qed jiftaħar biha l-Gvern għall-karozzi elettriċi hi l-istess daqskemm wieħed iħallas għal meta jikkonsma bejn 2,000 u 6,000 kW fis-siegħa, il-Ministru Miriam Dalli qed tibqa’ tistina ruħha li din ir-rata hi waħda preferenzjali.
Iżda din ir-rata suppost preferenzjali ma tgħoddx għall-ħinijiet kollha, għall-kuntrarju tal-proposta li qed jippreżenta l-Partit Nazzjonalista ta’ rata fissa u orħos matul il-ġurnata kollha.
Fost il-ħinijiet li matulhom tapplika din ir-rata deċiża mill-Gvern ta’ Robert Abela, hemm il-ħinijiet ta’ billejl, f’mossa li hija u-turn mill-Partit Laburista… li issa qed jara dawn is-sigħat bħala ideali biex wieħed juża’ l-elettriku.
Dan għall-kuntrarju ta’ meta pprova jirredikola proposta ta’ Gvern Nazzjonalista li jattwa rata preferenzjali għal matul il-lejl. Dak iż-żmien, il-Partit Laburista kien qal li din il-proposta ma kinitx tajba, iżda llum qed itenni li din hi idea valida.
Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista qed itenni li, biex aktar persuni jkunu mħeġġa jixtru karozza elettrika, il-prezzijiet għandhom ikunu fissi għal 10ċ u nofs għal kull unit; jiġifieri l-orħos rata ta’ konsum residenzjali.
//= $special ?>