Biex il-marina fil-bajja pittoreska ta’ Marsaskala ma ssirx, ma jridux ikunu rreġistrati pleasure boats ġodda.
Din kienet il-pożizzjoni tal-Ministru Ian Borg meta mistoqsi dwar dan il-proġett kontroversjali, li sab l-oġġezzjoni ta’ kulħadd, fosthom ir-residenti Skalin. B’Ian Borg jidher li hu stinat jibqa’ għaddej b’dan il-proġett ….tant li, meta mistoqsi mill-ġurnalisti, webbes rasu, u qal li ma tantx hemm għażliet oħrajn.
Barra minhekk, il-Ministru waħħal l-arroganza tal-Gvern ta’ Robert Abela fuq in-nies meta saħansitra qal li din il-marina hi meħtieġa ladarba l-Maltin qed jixtru ħafna jottijiet.
Fl-aħħar ġimgħat, diversi entitajiet wasslu proposti differenti lill-Gvern bħala alternattiva …biex ma tinqeridx il-bajja ta’ Marsaskala. Dan filwaqt li l-Kunsill Lokali, fuq insistenza taż-żewġ Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista – John Baptist Camilleri u Errol Cutajar – ingħaqad fl-appell li dan il-proġett m’għandux isir kif ippjanat.
//= $special ?>