Lokali Qorti

Jason Azzopardi u Manuel Delia jitolbu lill-Pulizija biex tinvestiga emails foloz

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-ġurnalist-attivist Manuel Delia t-tnejn talbu lill-pulizija tinvestiga emails fake li ntbagħtu lil diversi ġurnalisti u kmamar tal-aħbarijiet madwar il-pajjiż. Matul l-aħħar ġimgħa, numru ta’ kmamar ta’ aħbarijiet rċevew diversi emails minn indirizzi li jindikaw li huma tal-ġurnalist u attivist tas-soċjetà ċivili Manuel Delia.

Il-messaġġi, mibgħuta minn indirizzi ta’ emails differenti, waslu għand diversi ġurnalisti, kif ukoll l-indirizz tal-email tal-kamra tal-aħbarijiet. Fost il-kmamar tal-aħbarijiet li rrappurtaw li rċevew dawn it-tip ta’ emails u oħrajn simili kien hemm il-Malta Independent u Lovin Malta, b’tal-ewwel jirrapporta li kienet irċeviet ukoll emails, din id-darba mingħand Azzopardi.

Il-kontenut tal-emails jidher li huwa maħsub biex jimbarazza lil Delia u Azzopardi. L-email li rċieva Lovin Malta ħadu l-forma ta’ apoloġija minn Delia għall-“imġieba ħażina tiegħu matul l-aħħar xhur”. L-istess sit irċieva wkoll emails allegatament mill-grupp Repubblika tas-soċjetà ċivili li jitolbu protezzjoni għall-avukati ta’ Yorgen Fenech u li jtbiegħdu mill-kampanji ta’ mibegħda minn “xi ġurnalisti u avukati”. “