Ikomplu jiżdiedu l-każijiet ta’ lmenti minn dawk li kienu klijenti tan-nutar Ivan Barbara war l-istorja zvelata minn dan l-istazzjon.
Ftit tal-jiem ilu xi klijenti li tilfu flushom wara li fil-clients’ account tan-nutar instab li kien hemm flejjes neqsin, talbu lill-Qorti tiftaħ inkjesta maġisterajli fil-konfront tal-armla ta’ Barbara, Rosanne Barbara Zarb.
U wara li seħħ dan, sorsi li tkellmu ma’ Net News ikkonfermawlna li kienu numerużi l-ilmenti oħra li daħlu fil-konfront tal-istess nutar.
Minbarra l-ilmenti ta’ persuni li jidher li tilfu flushom mill-clients account… hu mifhum li issa hemm ukoll għadd ta’ klijenti tan-nutar li skoprew li l-hlas ta’ taxxa li għaddew lin-nutar Barbara u li kellu jgħaddi lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fuq kuntratti li saru… qatt ma waslu għand id-Dipartiment.. bir-riżultat li qed jidher li dawn il-persuni ma ħallsux it-taxxi dovuti. Net News baqa’ jipprova jagħmel kuntatt mal-armla tan-nutar kif ukoll mal-avukati tagħha sabiex ikolna konferma li mart in-nutar kienet uffiċjalment infurmata bl-inkjesta mitluba… u biex ikun magħruf għal kemm jammontaw l-ilmenti kontra n-nutar. Madankollu sa issa kull mistoqsija tagħna baqgħet mhux imwieġba.
//= $special ?>