Lokali

“L-edukaturi għadhom fil-għama” – UPE

Madwar tletin ġurnata oħra… suppost jingħata bidu għal sena skolastika ġdida. Sena skolastika li għal darb’oħra se tkun ikkaratterizzata mill-pandemija tal-COVID-19.

Iżda donnu l-Gvern ma tantx tgħallem mill-iżbalji li għamel is-sena li għaddiet hekk kif kawża tan-nuqqas ta’ pjanar… l-iskejjel kellhom jiftħu iktar tard mis-soltu. U aktar tard, f’Marzu li għadda – qabel il-festi tal-Għid – l-iskejjel kellhom jagħlqu l-bibien tagħhom għal ftit ġimgħat sabiex tkun kontrollata l-firxa ta’ dan il-virus.

Issa din is-sena.. għalkemm inbidel il-Ministru… jidher li l-affarijiet xorta baqgħu l-istess hekk kif Justyne Caruana għadha ma kkonsultatx mal-edukaturi u l-unions dwar xi pjanijiet hemm għal din is-sena skolastika li ġejja.

Dwar dan jikkumenta l-President tal-UPE Graham Sansone.

Fost oħrajn ħadd għadu ma jaf xejn dwar jekk il-protokolli tal-COVID-19 hux se jibqgħu l-istess bħas-sena li għaddiet jew hux mistennija jinbidlu.

Il-Partit Nazzjonalista minn naha tieghu qed jinsisti fuq il-bżonn ta’ pjan car u konsultazzjoni illum qabel għada.