Futbol Sport

Magħrufa il-gruppi tal-UEFA Champions League

Aktar kmieni llum f’Nyon l-Iżvizzera ttellgħu il-poloz għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League għall-istaġun 2021/22. Fost il-partiti l-aktar interessanti hemm PSG li telgħu flimkien ma’ Man City, b’Liverpool jaffrontaw lil Milan u Atletico Madrid fl-istess grupp.

Min-naħa l-oħra Juventus se jilagħbu kontra ċ-champions attwali Chelsea. Fi grupp F Man Utd se jiltaqgħu kontra Villarreal f’ripetizzjoni tal-finali tal-Europa League tal-istaġun li għadda.

Group A: Manchester City, Paris Saint-Germain, RB Leipzig, Club Brugge, Group B: Atletico Madrid, Liverpool, Porto, AC Milan, Group C: Sporting, Borussia Dortmund, Ajax, Besiktas, Group D: Inter Milan, Real Madrid, Shakhtar Donetsk, Sheriff Tiraspol, Group E: Bayern Munich, Barcelona, Benfica, Dynamo Kiev, Group F: Villarreal, Manchester United, Atalanta, Young Boys, Group G: Lille, Sevilla, Red Bull Salzburg, Wolfsburg, Group H: Chelsea, Juventus, Zenit, Malmo