Futbol Sport

Man City jissospendu lil Benjamin Mendy wara akkużi ta’ abbuż sesswali

Man City issospendew lid-difensur laterali tagħhom Benjamin Mendy wara li se jkun qd jitressaq il-qorti fuq erba’ akkużi ta’ ‘rape’ u akkuża ta’ abbuż sesswali fuq persuni ta’ aktar minn 16-il sena bejn Ottubru tal-2020 u Awwissu tal-2021. Mendy mistenni jitressaq il-Qorti ta’ Chesire għada l-ġimgħa.

Mendy li għandu 27 sena ssieħeb lil Man City fl-2017, fejn naqas milli jkun plejer regolari fit-tim ta’ Guardiola minħabba l-injuries fit-tul li sofra matul l-aħħar staġuni.