Pep Guardiola qal li qed jippjana li jħalli lil Man City fi tmiem il-kuntratt tiegħu fis-sena 2023, hekk kif se jkun qed iħares li jibda esperjenza fil-futbol internazzjonali. Guradiola saħaq li wara seba’ snin ma’ Man City, hu jixtieq li jkompli l-karriera tiegħu bħala kowċ ma’ tim nazzjonali minflok fuq livell ta’ club. Guardiola irrimarka li jixtieq jmexxi tim fl-Amerika t’Isfel jew tim nazzjonali fl-Ewropa.
Guardiola mexxa lil Man City għall-aħħar ħames snin fejn rebaħ bosta unuri fosthom tliet darbiet il-Premier League, erba’ League Cups, FA Cup, kif ukoll mexxa lil Man City għall-finali tal-UEFA Champions League kontra Chelsea l-istaġun li għadda.
//= $special ?>