Futbol Sport

Rapporti fl-Ingilterra jindikaw li Cristiano Ronaldo laħaq ftehim ma’ Man City

Rapporti fil-media Ingliża qed jindikaw li Cristiano Ronaldo laħaq ftehim ma’ Man City, f’dak li jista’ jkun ir-ritorn tiegħu fil-Premier League. Minkejja li Man City għadhom m’għamlux offerta uffiċjali, jidher li Ronaldo diġa kellu kuntatt ma’ Guardiola filwaqt li l-aġebt tiegħu Jorge Mendes kien fl-Ingilterra biex jinnegozja mal-club Ingliż.

Ronaldo fadallu anqas minn sena fuq il-kuntratt tiegħu f’Turin b’Man City jirrifjuttaw li jħallsu is-somma ta’ €30 miljun li talbu Juventus għat-trasferiment. Ir-rapporti qed jindikaw ukoll li Man City mistenni jilħqu ftehim ma’ Juventus fil-jiem li ġejjin, b’Guradiola mistenni jikseb lill-attakkant, wara li t-trasferiment tal-captain ta’ Tottenham Harry Kane sfaxxa fix-xejn.