Futbol Sport

Real Madrid bit-tieni offerta għal Kylian Mbappe

Aktar kmieni Real Madrid għamlu t-tieni offerta tagħhom lil PSG għall-attakkant Franċiż Kylian Mbappe. Real Madrid offrew €170 miljun għal Mbappe ta’ 22 sena, li hija €10 miljuni aktar minn l-offerta inizjali li għamlu aktar kmieni din il-ġimgħa.

Mbappe fadallu inqas minn sena fil-kuntratt ma’ PSG u wera x-xewqa mad-diriġenti tal-club Franċiż li jissieħeb lil Los Blancos fi Spanja. Madanakollu l-president ta’ PSG Leonardo lbieraħ saħaq li Mbappe jista’ jħalli l-club, jekk u meta PSG jħossu li Real Madrid jkunu offrew somma raġonevoli.

Mbappe skorja 133 gowl u provda 63 assist f’174 partita ma’ PSG filwaqt li kien protagonist biex it-tim tebaħ xejn anqas minn 11-il unur fl-erba’ snin tiegħu fil-Parc de Princes.