Sport Sport Ieħor

Riżultat pożittiv għal George Vella fil-World Deaf Athletics Championships

L-atleta George Vella kiseb l-aqwa ħin personali fil-World Deaf Athletics Championships f’Lubin il-Polionja, hekk kif kiseb ħin ta’ 35:04 sekonda fit-tellieqa tal-10000 metru.

F’tellieqa affetwata mill-kunidzzjonijiet tat-temp, Vella temm fil-11-il post, bl-atleta Kenjan Symon Kibai jtemm fl-ewwel post b’ħin ta’ 29:44.

Vella reġa’ kien involut l-Erbgħa filgħaxija fil-5000 metru, f’dak li huwa l-aħħar avveniment li s ejieħu sehem fih wara karriera ta’ aktar minn 20 sena. F’dan l-avveniment hu kiseb ħin ta’ 16’44 biex kiseb l-aqwa ħin personali fil-5000 metru, fejn temm fil-11-il post.