Lokali

Ser jirrappreżenta lil pajjiżna waqt Summit fuq it-tibdil fil-klima

Xandru Cassar huwa ż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li ser ikun qed jirrappreżenta lil pajiżna waqt Summit b’rabta mat-tibdil fil-klima – summit li ser issir ix-xahar id-dieħel f’Milan.

Il-Ħamis, f’laqgħa li kellu flimkien ma’ rappreżentanti tal-MZPN u TeamStart kif ukoll mal-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-ambjent u tibdil fil-klima Robert Cutajar, Xandru Cassar spjega li waqt dan is-summit se jiġu prezentati dokumenti dwar it-tibdil fil-klima.

Minn naħa tiegħu, id-deputat Robert Cutajar saħaq li l-PN dejjem ta u ser ikompli jagħti importanza lil dan is-suġġett anke mill-oppożizzjoni tant li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħabbar li ser tkun qed titlaqqa’ Konferenza Nazzjonali dwar dan is-suggett….sabiex kemm il-ġenerazzjonijiet preżenti kif ukoll dawk futur ikunu jistgħu jgħixu verament ħajja kif jixirqilhom.

Huwa stqarr ukoll li l-PN se jkun qed iressaq proposti effettivi u fattibbli sabiex nilqgħu u ngħelbu l-isfidi li qed iġġib magħha t-tibdil fil-klima. Il-PN ser jibqa’ determinat u ambizzjuz sabiex jittieħdu deċiżjonijiet bis-serjeta’ fil-qasam ambjentali f’pajjiżna.