Lokali

Slimiż ta’ 60 sena jsofri ġrieħi gravi

Slimiż ta’ 60 sena sofra ġrieħi gravi f’inċident li seħħ dalgħodu f’San Gwann.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.45am, bil-Pulizija tiġi infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Pawl, San Ġwann.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel ta’ 60 sena residenti Tas-Sliema safa’ milqut
minn karozza ta’ tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 29 sena li tgħix San Ġwann.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed immedjatament l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra
ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.