Għal sena oħra Malta ikkompetiet fil-Kampjonati Ewropej tal-Weightlifting taż-żgħażagħ fil-Polonja. L-atleti li kkompetew kienu Kim Camilleri Lagana fil-kategorija tal-40kg, Tenishia Thornton fil-kategorija tal-55kg kif ukoll Rylee Borg fil-kategorija tas-67kg.
It-tliet żgħażagħ Maltin temmew fis-seba’ post fil-kategorija rispettiva tagħhom, b’Camilleri Legana kif ukoll Borg jirnexxielhom iwaqqfu rekords nazzjonali. Fl-eta’ ta’13il sena, Kim Camilleri Lagana rnexxielha terfa’ 41kg fis-snatch kif ukoll 49kg fil-clean and jerk. Min-naħa l-oħra Borg, li kien qed jikkompeti fl-ewwel Kampjonati Ewropej tiegħu, temm fl-ewwel post f’kategorija B, u s-seba’ post overall. Borg rnexxielu jikser seba’ rekords nazzjonali, fejn rnexxielu jerfa’ 86kg fl-isnatch u 105kg fil-clean and jerk.
Min-naħa l-oħra minkejja li kienet qed issofri minn injury fl-irkoppa, Tenishia Thornton renxxielha terfa’ 63kg fl-isnatch u 80kg fil-clean and jerk.
//= $special ?>