Ir-riċerkaturi fl-Ukrajna identifikaw dak li x’aktarx hu l-akbar qabar tal-massa (fil-pajjiż) minn żmien id-dittatur tal-eks Unjoni Sovjetika, Joseph Stalin. Dan is-sit, fil-belt ta’ Odessa, fih il-fdalijiet ta’ bejn 5,000 u 8,000 persuna u jaħsbu li z-‘zona tad-difna’ inkwistjoni tmur lura għall-aħħar tas-snin tletin. L-iskoperta seħħet waqt ħidma ta’ esplorazzjoni qabel l-espansjoni ppjanata ta’ ajruport fl-istess inħawi.
Skont ir-rakkonti storiċi kienu mietu l-mijiet tal-eluf tal-Ukreni fiż-żmien meta Stalin kien il-mexxej assolut tal-Unjoni Sovjetika. Fil-fatt, Sergiy Gutsalyuk, li jmexxi l-fergħa reġjonali tal-Istitut għall-Memorja Nazzjonali tal-Ukrajna, qal li l-vittmi f’dan il-qabar, probabbilment, kienu nqatlu mill-pulizija sigrieta Sovjetika matul is-snin tletin.
Madankollu, ma jidhirx li l-identifikazzjoni tal-vittmi se tkun possibbli peress li kwalunkwe rekords relatati kienu qed jinżammu fir-Russja.
//= $special ?>