Lokali Qorti

Yorgen Fenech mixli li akkwista armi u munizzjon ‘on line’ mingħajr liċenzja

Yorgen Fenech ġie mixli li fil-25 ta’ Novembru, 2018 li akkwista u ordna armi u munizzjon illegali online. Huwa ġie mixli wkoll quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella li u li għamel dan mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija. Fenech wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.

Preżenti fl-awla kien hemm ir-raġel tal-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia, Peter Caruana Galizia u ibnu Matthew. Hekk kif tressaq l-Avukat Charles Mercieca, qal li qed jiġi arrestat bniedem li qiegħed il-ħabs, bil-qorti tiftaħ b’urġenza meta qiegħed diġa’ il-ħabs u mhux se jiċċaqlaq. Tenna li bniedem ieħor li nstab fil-pussess ta’ dawn l-armi u kulma ngħata multa.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-investigazzjoni dwar il-każ bdiet ftit xhur ilu meta kien hemm l-estrazzjoni tal-mowbajl ta’ Fenech. Ingħad ukoll li l-każ għadu qed jiġi investigat, “għax ma nafux għalfejn l-armi kienu fil-ħsieb li jinxtraw. nYorgen Fenech kien ordna żewġ hand grenades, żewġ submachine guns, mijiet ta’ balal u cyanide powder, fl-2018.

Dan kien żvelat fit-18 ta’ Awwissu meta l-Imħallef Giovanni Grixti qed jisma’ s-sottomissjonijiet mid-difiża u l-prosekuzzjoni dwar it-talba għall-pleġġ ta’ Fenech. Id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia kien qal li din l-informazzjoni waslet minn emails misjuba fuq l-apparat ta’ Fenech li wrew kif ħallas f’Bitcoin għall-velenu u l-armi.

Galea Farrugia qal li Fenech kien li l-pakketti ta’ cyanide powder il-hand grenades, is-l-submachine guns u mijiet ta’ balal, tħallsu f’Bitcoin. Dawn l-emails kienu mill-2018, wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Pulizija kompliet għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan ix-xiri u temmen li issa tinsab f’qagħda li għandha provi biżżejjed dwar dak li żvela d-Deputat Avukat Ġenerali. Yorhen Fenech ittieħed id-Depot kmieni waranofsinhar fejn allegatament huwa xtara dawn l-armi minn dark web, li ħallas għalihom bil-Bitcoin.

Fenech għaddej ukoll proċeduri akkużat li organiżża l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, fis-16 t’Ottubru tal-2017. Fil-futur huwa se jgħaddi ġuri fuq dan il-qtil fejn qed jaffaċċja sentenza ta’ għomor il-ħabs.
Issa l-każ fuq l-armi jrid jiġi assenjat quddiem Maġistrat differenti bħal ma jsir is-soltu.Huwa tressaq fi ftit minuti u wara ttieħed il-ħabs fejn ilu hemm minn Novembru tal-2019. Il-Prosekuzzjoni fil-każ tal-armi tmexxiet mill-Ispetturi Omar Zammit u Geoffrey Cutajar