Aktar minn 90 persuna mietu u mill-anqas 150 indarbu wara li fl-aħħar sigħat kien hemm għadd ta’ attakki fl-ajruport ta’ Kabul. L-ISK (Islamic State Khorasan) ħadu r-responsabbiltà ta’ dawn l-attakki.
Fl-aħħar sigħat, il-qawwiet barranin li qed imexxu l-evakwazzjoni minn Kabul irnexxielhom joħorġu aktar minn 80,000 persuna – iżda hu minnu wkoll li għad fadal tal-anqas 10,000 f’sitwazzjoni ddisprata, huma u jistennew biex jaqbdu ajruplan biex johorgu mill-Afganistan.
Sal-Ġimgħa filgħodu komplew isiru aktar vjaġġi ta’ evakwazzjoni bil-qawwiet Brittaniċi jgħidu li daħlu fl-aħħar fażijiet tal-operazzjoni ta’ salvataġġ.
Intant il-President tal-Istati Uniti Joe Biden qal li se jkun qed jaħdem li ssir ġustizzja kontra t-terroristi li qed iwettqu l-attakki, filwaqt li l-midja Russa dalgħodu ssoktat fil-kritika tagħha fil-konfront tal-Istati Uniti hekk kif qed issostni li dan kollu qed jiġri minħabba li l-Amerikani telqu u ħallew l-armi lit-Talibani.
//= $special ?>