Tliet persuni ittieħdu l-isptar Mater Dei wara inċident bejn zewġ vetturi fi Triq San Anard, Ħal Tarxien li seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9am.
Il-ħabta head-on seħħet bejn van tat-tip Toyota misjuq minn raġel ta’ 47 residenti Ħal Tarxien u vettura tat-tip Opel misjuqa minn mara ta’ 44 sena li toqgħod Ħal Għaxaq.
Filwaqt li s-sewwieq tal-van ingħata kura fuq il-post, żewġ passiġġieri nisa li kellu miegħu kellhom jittieħdu l-isptar għal aktar kura. Dawn iż-żewġ nisa jgħixu l-Fgura u għandhom 71 u 49 sena rispettivament. Ittieħdet l-isptar ukoll, is-sewwieqa tal-Opel.
Il-pulizija għadha qed investiga x’wassal għal din l-inċident filwaqt li l-kundizzjoni tat-tliet persuni li ittieħdu l-isptar għadha mhux magħrufa.
Wara l-inċident, fil-post kienet inutata ħidma minn diversi membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll team tal-Ambulanzi mill-Isptar Mater Dei. Wara ħidma biex jinħarġu l-persuni li nqabdu fil-vetturi, l-ambulanzi ħadu t-tliet persuni l-Isptar fejn minn ħin għall-ieħor issa tkun magħrufa l-qagħda tagħhom għalkemm jidher li sofrew xi ġrieħi.
Kawża ta’ dan l-inċident, fil-post inġema’ xi ftit tat-traffiku hekk kif it-triq kellha tingħalaq għal xi ħin iżda issa jidher li kollox irritorna għan-normal u mit-triq mill-ġdid infetħet.
Il-pulizija għadha qed tinvestiga x’wassal għal dan l-inċident filwaqt li tnejn mit-tliet persuni li ttieħdu l-isptar kienu konfermati li sofrew minn ġrieħi gravi. Il-kundizzjoni tas-sewwieqa tal-Opel għadha mhux magħrufa.
//= $special ?>