Raġel li nhar il-Ħamis ġie arrestat fl-ajruport, suspettat li għandu passaport falz, ġie kundannat sitt xhur ħabs wara li wieġeb ħati ta’ akkużi relatati. Yonas Fitwi Kahasay, ta’ 22 sena, mill-Eritrea deher quddiem il-maġistrat Claire Stafrace Zammit, akkużat bl-użu ta’ passaport Taljan maħruġ lil ċertu Mouss Abakar li kien ġie trasferit lilu minn xi ħadd ieħor.
Kahasay ġie akkużat ukoll li għamel użu mid-dokumenti ta’ identifikazzjoni ta’ persuna oħra u li għamel dikjarazzjoni falza lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni. L-akkużat wieġeb ħati, ikkonferma r-risposta tiegħu wara li ngħata l-ħin biex jerġa’ jikkunsidra u ġie mwissi li jista’ jiffaċċja l-ħabs jekk jinstab ħati. L-Ispettur Hubert Gerada mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li-Avukat Ramon Bonett Sladden kien avukat difensur.
//= $special ?>