Lokali

“Il-prezz tal-mediċina qed ikun piż kbir”

€15.80 – Dan huwa l-ammont li jonfoq kull tmint ijiem raġel li tkellem ma Net News f’mediċina li kienet tingħatalu mingħajr ħlas għaliex intitolat għaliha, iżda li issa tinsab ‘out of stock’ u għalhekk ikollu jixtriha minn butu.

Minbarra dan il-cream li jkollu jixtrih sabiex ma jitlifx id-dawl t’għajnejh għal kollox, dan ir-raġel stqarr maghna li ikollu jixtri wkoll diversi affarijiet oħra minħabba l-kundizzjonijiet li jbati minnhom… tant li ma jirnexxilux iwassal sal-aħħar tax-xahar, anke għall-fatt li minħabba dawn l-istess kundizzjonijiet, ir-raġel ma’ jistax imur jaħdem.

Iddispjaċut, ir-raġel kompla jgħidilna li apparti dawn l-ispejjeż, ikollu jħallas ukoll għal infermiera privata sabiex tiġi toħodlu id-demm fir-residenza tiegħu minħabba li mhux possibli li jimxi saċ-ċentru tas-saħħa u lanqas għandu min jista’ jwasslu. Stqarr magħna li jkollu jagħmel dan minħabba li qalulu li hemm nuqqas ta’ staff f’CARE MALTA.

Fi tmiem l-intervista, hu stqarr illi żgur mhux ser jirnexxilu jibqa’ jixtrili dan it-tip ta’ qtar kull ġimgħa. Ghaliex il-piz huwa kbir.

Tags