Illum jingħata bidu għat-tieni ġurnata tas-Serie A b’żewġ partit skedati, fejn iċ-champions Inter se jaffrontaw lil Verona filwaqt li Udinese se jilagħbu kontra Venezia. Inter għadhom ġejjin minn rebħa fl-ewwel ġurnata b’rebħa tajba ta’ 4-0 kontra Genoa. Il-kowċ Simone Inzaghi mistenni jibda biż-żewġ attakkanti Lautaro Martinez u Edin Dzeko, minkejja l-ispekulazzjoni li hemm ma’ Martinez fuq trasferiment li potenzjalment jista’ jseħħ lejn l-aħħar tas-suq tat-tasferimenti.
Min-naħa l-Verona se jkunu qed ifittxu li jpattu għad-disfatta li sofrew fl-ewwel ġurnata u jippruvaw jiġbru l-ewwel punti tagħhom. Fil-partita l-oħra kemm Udinese kif ukoll in-neo promossi Venezia se jkun qed ifitxxu li jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara draw u telfa.
Min-naħa l-oħra għada Fiorentina jaffrontaw lil Torino hekk kif iż-żewġ timijet għadhom mingħajr punt. Fiorentina se jkollhom disponibbli il-midfielder Urugwajan Lucas Torreira li ngħaqad magħhom b’self fl-aħħar jiem. Hekk kif Juventus jilqgħu f’darhom lil Empoli, żgur li l-attrazzjoni ewlenija se tkun l-inklużjoni jew l-esklużjon ta’ Cristiano Ronaldo, fid-dawl tal-ispekulazzjoni dwar il-futur tiegħu.
Illum Udinese v Venezia 6.30pm, Verona v Inter 8.45pm Għada Lazio v Spezia 6.30pm, Atalanta v Bologna 6.30pm, Fiorentina v Torino 8.45pm, Juventus v Empoli 8.45pm Il-Ħadd Genoa v Napoli 6.30pm, Sassuolo v Sampdoria 6.30pm, Salernitana v Roma 8.45pm, Milan v Cagliari 8.45pm
//= $special ?>