Wara li f’Lulju li għadda l-Qorti laqgħet il-mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront tal-lettur fl-MCAST Peter Gatt, issa l-MCAST jidher li mhux qed taċetta din id-deċiżjoni.
Hekk staqrr ma’ Net News Peter Gatt li f’Ġunju li għadda rċieva ittra mill-istess Kulleġġ fejn kien infurmat li l-impjieg tiegħu fi ħdan l-MCAST kien qed jiġi tterminat.
Huwa jkompli jispjega kif din hija sitwazzjoni stramba ħafna fejn ma jistax jifhem kif istituzzjoni edukattiva tal-Istat qed tkompli tisfida lill-Qrati Maltin
Peter Gatt qal li dan kollu huwa twissija serja kontra l-libertà tal-espressjoni tal-akkademiċi.