Permezz ta’ stqarrija l-Kamra tan-Negozju għal Għawdex ressqet il-proposti tagħha għall-baġit 2022, proposti li l-kamra sejħitilhom bħala pjan b’viżjoni għal żvilupp ekonomiku u fit-tul.
Fost il-proposti hemm li jkunu maħluqa skemi speċifiċi għal Għawdex li jiffukaw fuq ir-restawr ta’ bini antik…. b’mod partikolari li d-djar li jkunu mixtrija jkunu restawrati u mgħixa fihom, u mhux żviluppati fi blokok ta’ appartamenti.
Li għandu jkun hemm proċess biex tiġi stabbilita fakultà speċjalizzata f’Għawdex li tiffoka fuq l-ekonomija l-ħadra u setturi assoċjati, li jkun hemm ħarsien tal-agrikoltura u kif ukoll proposti li jħarsu t-trasport, l-infrastruttura u l-konnettività.
Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex qalet li l-għan prinċipali ta’ din il-viżjoni għandha tkun li tgħin biex tiġi ddiversifikata l-ekonomija Għawdxija, mingħajr imma ma tieqaf tagħti każ tal-ħtiġijiet essenzjali marbuta mas-soċjeta u l-ekonomija f’Għawdex. L-istqarrija tghid li l-Kamra tan-Negozju għal Għawdex qed tressaq numru ta’ proposti mibnija fuq analiżi tal-ekonomija Għawdxija u l-ħtiġijiet tagħha… u li hi ffukata fuq numru ta’ pilastri.
//= $special ?>