L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jikkundanna l-attakki dejjem jiżdiedu fuq ġurnalisti u bloggers f’attentat ċar biex jiddgħajjef ir-raba’ pilastru tad-demokrazija.
Fil-jiem li għaddew saru attakki fuq il-President tal-IĠM Matthew Xuereb u l-ġurnalist Manuel Delia li, bħal kull ġurnalist ieħor, għandhom jitħallew jaħdmu f’ambjent li jippermettilhom jagħmlu xogħolhom mingħajr xkiel, biża’ jew intimidazzjoni.
L-użu tat-teknoloġija biex ikunu ippersonifikati l-ġurnalisti sabiex tinfluwenzahom fil-qadi ta’ dmirijiethom hija moqżieża u perikoluża.
L-IĠM iħeġġeġ lill-ġurnalisti jirrapportaw kwalunkwe theddid li jista’ jkollhom lill-pulizija li għandhom joffru kull protezzjoni xierqa.
//= $special ?>