Diversi residenti li tkellmu ma’ dan is-sit wrew il-frustrazzjoni tagħħhom għad-dewmien fix-xogħol li suppost qed isir fi Triq Ta’ Doni r-Rabat.
Skont informazzjoni li kiseb netnews.com.mt, ix-xogħol f’din it-triq ilu li beda madwar 5 xhur iżda fl-aħħar tliet ġimgħat ma sar xejn biex din it-triq titlesta.
Filfatt, sorsi li tkellmu magħna qalulna li fl-aħħar tliet ġimgħat, ma deher ebda ħaddiem f’din it-triq, sitwazzjoni li qed toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti tal-akwati.
Anzjani li tkellmu magħna stqarru li n-nuqqas ta’ xogħol wassal biex it-triq baqgħet waħda perikoluża ferm għalihom biex jimxu fiha u għalhekk qed jispiċċaw imsakkrin fi djarhom.
//= $special ?>