Fid-9 ta’ Mejju ta’ kull sena jitfakkar Jum it-Twaqqif tal-belt (suburban town) tal-Furjana. Tliet snin oħra, fl-2024 se jitfakkar għeluq it-300 sena ta’ din il-lokalità, (1724-2024).
Għal din l-okkażjoni storika, il-gazzetta lokali ‘IL-FURJANA’ se tippubblika ktieb voluminuż. Dan il-ktieb mistenni li jinteressa partikolarment lill-Furjaniżi, imma wkoll lil dawk kollha li jikkollezzjonaw kotba ta’ Melitensia.
Dan se jkun it-tielet ktieb ippubblikat minn din il-gazzetta. Iż-żewġ kotba l-oħra kienu ‘IL-KNISJA TA’ SAN PUBLJU FIL-FURJANA – STORJA U ARTI’ li kien ippubblikat fl-2015, u ‘L-ARK TA’ SAN PUBLJU TAL-FURJANA 1899-2019’ li kien ippubblikat fl-aħħar tas-sena l-oħra (2020).
F’dan il-proġett partikolari, li kien tnieda uffiċjalment fis-7 ta’ Frar li għadda, it-tim tal-produzzjoni ta’ ‘IL-FURJANA’ qed ikun immexxi minn Dr Joan Abela li hi l-editur tal-ktieb.
Biex il-livell ta’ dan il-ktieb ikun l-ogħla possibbli, intgħażlu biex jiktbu fih l-aqwa akkademiċi u kittieba fl-oqsma rispettivi. Il-kontributuri jinkludu lil:
Dr Joan Abela, Eddie Attard, l-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello, Dr Andrè P. DeBattista, Dr Sandro Debono, Rev. Dr Nicholas Doublet, Prof. Henry Frendo, Dr Albert Ganado, Joseph Schirò, Prof. Raymond Mangion, Rev. Dr Martin Micallef, Prof. Charles Savona Ventura, Dr Giannantonio Scaglione, Dr Stephen C. Spiteri, Prof. Conrad Thake, Rev. Dr David Torpiano, Dr Theresa Vella, Prof. William Zammit, Dr Julian Zarb, Tony Terribile, Mario Xuereb, Noel d’Anastas, Mario Calleja, Paul P. Agius, Nigel Holland, Kenneth Cauchi, Publio Agius, Jesmond Moore, Stephen Tonna u Martin Camilleri.
Il-ktieb, li se jkollu mal-400 paġna, se jkun fih mijiet ta’ ritratti storiċi li ħafna minnhom rari kienu ppubblikati qabel. Jinkludi tagħrif storiku speċjalizzat dwar aspetti differenti tal-Furjana. Direzzjoni Artistika ta’ Joseph Cachia.
Dettalji tal-Ktieb: daqs 31cm x 25cm, illustrat, qoxra ħoxna u cover jacket bil-kulur u hard bound.
Offerta speċjali ta’ qabel il-pubblikazzjoni
Tista’ takkwista kopja ta’ dan il-ktieb qabel il-pubblikazzjoni bil-prezz ta’ €60 u ffranka €15 għaliex il-prezz wara l-pubblikazzjoni se jkun ta’ €75.
Min jixtieq li ma jħallasx €60 f’daqqa, jista’ jibbenefika mill-iskema li jħallas din is-somma f’erba’ snin. Jiġifieri €20 meta jsir il-pre-booking (2021), €10 s-sena d-dieħla (2022), €10 s-sena ta’ wara (2023), u l-aħħar €20 meta jinġabar il-ktieb.
Jekk il-ħlas ikun b’ċekk, dan għandu jkun pagabbli lil ‘IL-FURJANA’ u indirizzat hekk:
‘IL-FURJANA’,
44 Triq il-Kapuċċini,
il-Furjana FRN 1053
Għal aktar informazzjoni ċempel mob: 79339649 jew ibgħat email fuq l-indirizz elettroniku sanpublju@gmail.com.
//= $special ?>