Sport Waterpolo

Sirens jieħdu battikata biex kisbu post fil-finali tan-knock-out tal-Ewwel Diviżjoni

Rapport: Stewart Said

TA’ XBIEX AMIGOS………….. 9

SIRENS MECCA MARIN…. 10

(1-3), (4-1), (1-1), (3-5)

Ta’ Xbiex kważi reġgħu għamluha. Iżda din id-darba Sirens Mecca Marin irnexxielhom jirkupraw biex se jikkontestaw il-finali tan-knock-out b’ċans li jagħmlu doppjetta fl-Ewwel Diviżjoni. Din it-telfa fissret it-tmiem tal-istaġun għal Ta’ Xbiex. Żgħażagħ li huma proprjetà ta’ Sliema iżda li offrew sfida denja fl-Ewwel Diviżjoni u kellhom numru ta’ prestazzjonijiet pożittivi.

Bidu tajjeb minn Sirens li fetħu l-iskor permezz ta’ Ken Erdogan. Jayden Cutajar ġab id-draw iżda Gianni Farrugia u Jerome Zerafa Gregory taw vantaġġ ta’ 3-1 lil Sirens.

Sa dak il-ħin kollox deher feliċi għat-tim ta’ Marko Orlovic iżda Ta’ Xbiex żiedu fil-logħob u meritatament irkupraw l-iżvantaġġ u b’doppjetta ta’ Jayden Cutajar u gowl ta’ Raoul Greco, marru 4-3 minn fuq. Jacob Sciberras ġab id-draw iżda Jacob Saliba ħalla lit-tim żagħżugħ 5-4 minn fuq.

Il-prestazzjoni tat-tieni sessjoni nisslet fiduċja fit-tim ta’ Ta’ Xbiex. Huma kienu aktar offensivi mill-avversarji iżda kellhom x’juru biss il-gowl mis-centre ta’ Mark de Marco. Sirens naqqsu d-distakk minn Matthew Sciberras u kollox kellu jkun deċiż fl-aħħar sessjoni.

Il-kowċ ta’ Sirens Marko Orlovic beda jinsisti mat-tim biex jitfa’ l-pressjoni fuq l-avversarji tant li bdew jippressaw għoli. Il-grinta ta’ Orlovic qajmet lill-plejers ta’ Sirens u rnexxielhom jiksbu l-vantaġġ lejn nofs l-aħħar sessjoni.

Gowls ta’ Zerafa Gregory u Jacob Sciberras taw vantaġġ ta’ 9-7 iżda de Marco ħalla parzjalment lil Ta’ Xbiex jittamaw. Ir-raba’ gowl fil-logħba ta’ Jacob Sciberras għamilhom 10-8 iżda gowl ta’ Daniel Rizzo 38 sekonda mit-tmiem, ħalliehom jittamaw. Madankollu ma kellhomx ċans biżżejjed biex jisfurzaw il-penalties.

Ta’ Xbiex: R. Greco (1), Z. Cutajar Licari, J. Pace Mizzi, J. Cassar, M. De Marco (2), J. Saliba (1), J. Cutajar (3), K. Borg, S. Azzopardi, E. Schembri, D. Rizzo (2), D. Galea Mule, S. Engerer

Sirens: G. Galea Curmi, M. Grech, K. Erdogan (2), J. Sciberras (4), J. Zerafa Gregory (2), G. Farrugia (1), L. Falzon, I. Riolo, J. Napier, T. Said, L. Caruana, M. Sciberras (1), O. Gauci, L. Grech Carr, M. Chircop

Referees: Alex de Raffaele, Attilio Paoletti

Jirbħu kif mistenni

EXILES……………………………. 16

OTTERS NIVEA………………. 9

(5-4), (3-2), (4-0), (4-3)

Exiles jinsabu b’ċans li għall-ewwel darba mill-2008 jirbħu n-knock-out tal-Ewwel Diviżjoni. Rebħa meritata għat-tim ta’ Aurelien Cousin b’vantaġġ li mmatura aktar kemm għadda ħin.

Għal Otters din it-telfa fissret tmiem ta’ staġun diffiċli. Otters offrew sfida lil Exiles fl-ewwel sessjoni u nofs iżda wara li Exiles bnew vantaġġ żgħir, it-tim Għawdxi ma kellux risposta.

Huma kellhom vantaġġ ta’ 2-1 sakemm Mark Fenech u Max Aquilina dawru r-riżultat favur Exiles. Otters ġabu d-draw f’żewġ okkażjonijiet iżda Mark Fenech daħħal lil Exiles 5-4 minn fuq fi tmiem l-ewwel sessjoni.

Exiles żiedu l-vantaġġ tagħhom fit-tieni sessjoni għal 8-6. Nicky Paris skorja doppjetta fl-ewwel parti tat-tielet sessjoni, liema gowls wittew it-triq għar-rebħa. Gowls minn Timmy Sullivan u Mark Fenech kabbru l-vantaġġ għal 12-6. Fl-aħħar sessjoni, Exiles baqgħu jikkontrollaw il-logħba, b’Edward Meli u Charlie Zammit jiskorjaw għal Otters.

Exiles: M. Castillo, N. Saliba (3), S. Apap, M. Naudi, T. Sullivan (2), S. Xerri de Caro (1), M. Fenech (4), K. Griscti (1), N. Paris (3), J. Bajada (1), M. Aquilina (1), D. Fenech, G. Borg

Otters: M. Xerri, M. Lanzon, M. Farrugia, L. Hyzler (1), E. Meli (5), L. Dimech, K. Scicluna, G. Mizzi, D. Dimech, C. Zammit (2), Z. Bartolo (1), O. Zammit, D. Spiteri

Referees: Stefan Licari, Luca Bianco