Minkejja s-sejħiet persistenti għad-dimiltarizzazjoni tal-ħabs, Net News illum jista’ jiżvela fatti ġodda dwar it-tmexxija tal-ħabs illi jikkonfermaw għaliex Kordin qed jitmexxa b’dan l-istil. U dan minkejja l-kritika qawwija li qed ikun hemm lejn il-klikka żgħira tad-Direttur Alex Dalli, u minkejja l-istejjer traġiċi ta’ imwiet fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Sorsi li tkellmu magħna ikkonfermaw li mhux biss il-Kurunell Dalli huwa persuna li baqa’ marbut ma’ stil militari, iżda miegħu hemm ukoll l-avukat tiegħu. L-istess sorsi qalulna li dan l-avukat għadu, jew sa riċentament kien, fl-armata.
Għaqdiet, professjonisti u avukati li tkellmu ma’ dan is-sit ikkonfermaw li s-sitwazzjoni fil-ħabs “tinsab fix-xifer”, u li qed ikun hemm aktar attentati li ħadd mhu jitkellem dwarhom.
Anke gwardjani jinsabu imxebba b’din it-tip ta’ tmexxija militari estrema, għalkemm ħafna – kif spjegaw magħna fl-aħħar jiem – qed jibżgħu jitkellmu.
Il-Gvern ta’ Robert Abela ilu xhur jiddefendi lill-Kurunell Dalli u lill-klikka żgħira ta’ madwaru, bl-aħħar manuvra tkun fake news ivvintata mill-media Laburista biex tipprova tattakka lil dan is-sit wara intervista li saret ma’ eks priġunier.
Riċentament, fost il-proposti preżentati mill-Prof. Andrew Azzopardi u l-opinjonista Peppi Azzopardi, issemmiet l-importanza li l-ħabs jiġi dimilitarizzat u t-tmexxija tinqasam taħt Direttur Ġenerali b’kuntratt ta’ 3 snin li jiġi
kkonfermat kull sena; rwol maqbul minn żewġ terzi tal-Kamra.
Aktar proposti ġew preżentati wkoll mill-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>