“Ċifri ppubblikati mill-NSO jxejnu l-kantaliena tal-Gvern ta’ Robert Abela li l-qagħda finanzjarja prekarja ta’ pajjiżna hi taħt kontroll u riżultat biss tal-pandemija. Skont l-NSO, id-defiċit ta’ pajjiżna fl-ewwel seba’ xhur tas-sena diġa kien ftit anqas minn 900 miljun ewro u d-dejn fl-istess perjodu ġie rrapurtat li kien €7.8 biljuni jew żieda ta’ 1.2 biljun ewro fuq l-istess perjodu is-sena l-oħra.”
Kien dan li ħareġ minn stqarrija maħruġa mill-Kelliem għall-Finanzi għall-PN, Mario de Marco fejn tkompli tgħid li fFl-istess statistika tal-NSO, joħroġ biċ-ċar li n-nefqa tal-Gvern b’rabta mal-pandemija kienet ta’ madwar 500 miljun. Dan ifisser illi terz taż-żieda fid-defiċit fuq l-2019 hi strutturali u m’hux marbuta mal-Covid-19. Dan mistenni jwassal għal defiċit li jiżboq l-10% tal-GDP din is-sena fuq it-12% li ġew irrapurati is-sena l-oħra. Jigifieri kważi d-doppju ta’ dak li kien ippjana l-Gvern u waħda mill-għola rati fl-Unjoni Ewropea.
Dan jikkonferma dak li ilha tgħid l-Oppożizzjoni speċjalment dwar in-nefqa rikorrenti ta’ pajjiżna, nefqa li żdiedet b’mod sporpozjonat b’irresponsabilita’ politka, u li bdiet minn ħafna qabel feġġet il-pandemija f’pajjiżna. Dan kien messaġġ rifless ukoll f’bosta rapporti ta’ istituzzjonijiet bħall-Kummissjoni Ewropea u l-Fond Monetarju Internazzjonali.
Iż-żieda esaġerata fid-dejn u d-defiċit, li se jkollhom jitħallsu minn ġenerazzjonijiet futuri. Il-Gvern hu responabbli ghal dan u jidher ċar li l-Gvern ma jridx jindirizza din il-problema bis-serjeta’ u se jkompli jipposponiha għal wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan ikkonfermah il-Ministru tal-Finanzi mat-Times, fejn ma ddejjaq xejn jiftaħar li l-problema se jindirizzaha ġaladarba jkun ħa l-vot tal-poplu Malti. Dan jista’ jkun tard wisq, livell għoli ta’ dejn se jkun mażżra mal-isforzi ta’ riġenerazzjoni ta’ pajjiżna u n-nuqqas ta’ għaqal fit-tmexxija ta’ pajjiżna se jpattu għaliha l-familji u n-negozji ta’ pajjiżna.
//= $special ?>